Lapes tal-kulur Coloured pencil

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal LAPES TAL-KULUR għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KULURI. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin bil-pala tħares lejn il-ġenb u bid-driegħ wieqaf mill-minkeb. L-id tferfer mill-polz ’il fuq waqt li timxi ftit lejn il-ġenb. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal LAPES. Id waħda tieħu l-forma ta’ T bil-pala tħares ’isfel u bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku. Din l-id timxi dritt lejn il-ġenb.

The sign for COLOURED PENCIL has two parts. (i) First, the sign for COLOURS is made with one hand that takes the shape of 5 with fingers apart, palm facing the side and the arm straight upwards from the elbow. The hand flutters from the pulse upwards as it moves a little to the side. (ii) Then the sign for PENCIL is made. One hand takes the shape of T with palm facing downwards and with the thumb and index finger forming a circle. This hand moves towards the side.